Directory

Wikipedija:Manwal tal-istil - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Wikipedija:Manwal tal-istil

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Abbrevjazzjonijiet
WP:MTS
WP:STIL

Il-Manwal tal-istil huwa gwida dettaljat tal-istil u l-format għall-artikli tal-Wikipedija. L-għan tiegħu hu biex jipprovdi konsistenza kemm dik viżwali kif ukoll strutturali tal-artikli kollha, u b'hekk li jiftehmu aktar. Dawn mhumiex aktar minn linji gwida, u hu probabilment imposibbli li turi li stil wieħed hu aħjar minn oħrajn, imma jek il-Wikipedjani (jew ħafna minnhom) jaħdmu fuq l-istess stil l-artikli jsiru aktar ċari u aktar faċli biex jiġu modifikati.

Titli tal-artikli, intestatura, u sezzjonijiet

[immodifika s-sors]

Titli tal-artikli

[immodifika s-sors]

Din is-sezzjoni għandha taqsira tal-politika li tmexxi t-titli tal-artikli tal-Wikipedija. Din tapplika lejn it-titli tal-artikli tal-Wikipedija, u mhuex lejn it-titli ta' artikli esterni li huma ċċitati. Il-gwida tapplika wkoll għall-intestatura tas-sezzjoni, diskussa hawn taħt.

  • It-titli tal-artikli jridu jkunu konformi mat-Titli tal-artikli tal-Wikipedija.
  • It-titli għandhom jaqblu mal-kontenut tal-artiklu, u m'għandhomx ikunu la qosra u lanqas twal ħafna.
  • It-titli jridu jkunu nomi jew frażi nominali: Effetti tas-selvaġġ, mhux L-effetti tas-selvaġġ.
  • It-titli għandhom ikunu żgħar—preferibbilment inqas minn għaxar kelmiet.
  • L-ewwel ittra tat-titlu hi miktuba kapitali (minbarra f'ċerti każi rari, bħal eBay). Inkella, ittri kapitali huma użati biss fejn jiġu użati f'sentenza normali (Finanzjament tal-proġetti tal-UNESCO, u mhux Finanzjament tal-Proġetti tal-UNESCO).
  • Tużax il-, it-, l-, is-, etċ., bħala l-ewwel kelma (Ekonomija tat-Tieni Imperu, u mhux L-ekonomija tat-Tieni Imperu), sakemm ma tkunx xi ġurnata tal-ġimgħa (It-Tlieta) jew parti li ma tistax tiġi separata mit-titlu (Il-Għanja tar-Rebħa).
  • Evita l-użu ta' karattri speċjali bħal (/), (+), ({ }), u ([ ]); uża u minflok (&), sakemm din tal-aħħar ma tkunx aċċetta bħala parti mill-isem (Emerson, Lake & Palmer).
  • L-aħħar karattru viżibbli tat-titlu m'għandux ikun punt marka ta' punteġġjatura, sakemm il-punteġġjatura hi parti mill-isem (Saint-Louis-du-Ha! Ha!), jew abbrevjazjoni hi użata (Manchester United F.C.), jew parenteżi jew marki ta' kwotazzjoni hi bżonnjuża (Assedju ta' Malta (1565)).

Intestatura tas-sezzjonijiet

[immodifika s-sors]
  • Kull gwida li ngħatat fis-sezzjoni Titli tal-artikli hawn fuq tapplika wkoll għall-intestatura tas-sezzjonijiet.
  • L-intestaturi jipprovdu ħarsa ġenerali fil-werrej u jippermettu lill-qarrejja sabiex jinnavigaw fit-test aktar faċli.
  • Biddel intestatura biss wara li tagħmel konsiderazzjoni ċara tal-azzjoni tiegħek. Jekk intestatura tinibdel, uża l-mudell {{Anchor}} sabiex tevita li jinkisru l-ħolqa lejn din is-sezzjoni kemm f'dan l-artiklu kif ukoll minn artikli oħra.
  • L-ismijiet tas-sezzjonijiet, preferibbilment, għandhom ikunu uniċi fi ħdan dik il-paġna; din tapplika wkoll għall-ismijiet ta' sottosezzjonijiet. L-iżvantaġġi ta' duplikazzjoni huma li:
    • wara li tkun għamilt il-modifiki tiegħek, il-viżwal tal-paġna tista' twasslek għal sezzjoni żbalja; ara wkoll hawn taħt; u
    • it-taqsira awtomatika fuq modifika ta' sezzjoni b'isem li mhuwiex uniku hi ambigwa.
  • L-ismijiet tas-sezzjonijiet m'għandhomx ikollhom ħoloq, speċjalment ismijiet li l-ħolqa tintegra biss parti mill-intestatura; dawn jikkawżaw problemi fl-aċċess.
  • L-ismijiet tas-sezzjonijiet m'għandhomx jirreferu espliċitament lejn is-suġġett tal-artiklu, jew lejn intestaturi ta' livell ogħla, sakemm jekk tagħmel hekk ikunx iqsar jew iktar ċar. Per eżempju, Bidu tal-karriera hi preferibbli minn Bidu tal-karriera tiegħu meta tiegħu tirreferi għas-suġġett tal-artiklu; intestaturi għandhom ikunu jassumu li huma dwar is-suġġett sakemm mhuwiex indikat mod ieħor.
  • Agħmel ittra kapitali l-ewwel ittra tal-ewwel kelma u kull nom proprju fl-intestaturi, imma ħalli l-kumplament ittra żgħar (Regoli u regolamenti, u mhux Regoli u Regolamenti).
  • Numru ta' simboli tal-ugwali (=) huma l-istil użat għall-intestatura. It-tliet apostrofi (''') li jagħmlu l-kliem jinkitbu b'tipa ħoxna mhumwiex użati għall-intestatura. Sottosezzjonijiet isiru kif imiss:
    • l-intestatura ġenerata awtomatikament fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna hi H1, li tagħti l-isem tal-artiklu;
    • l-intestaturi prinċipali huma imbagħad ==H2==, segwit minn ===H3===, ====H4====, u l-kumplament.
  • Spazji bejn == u t-test tal-intestatura huma opzjonali (==H2== huwa ekwivalenti għal == H2 ==). Dawn l-ispazji żejda ma jaffetwawx id-dehra tal-intestatura, minbarra fil-kaxxa tal-editjar. (Ċerti bots, madanakollu, huma programmati li jneħħuhom).
  • Linja vojta taħt l-intestatura hi opzjonali; imma tinkludix linja vojta qabel l-intestatura, biex jinqara aħjar fil-kaxxa tal-editjar. (Tnejn jew aktar linji bojod qabel jew wara l-intestatura li jwasslu għal aktar spazju abjad fid-dehra pubblika tal-paġna.)

Ħolqa tal-artiklu prinċipali

[immodifika s-sors]

Jekk is-suġġett ta' sezzjoni huwa kopert f'artiklu separat, dan irid jiġi mmarkat bl-użu tas-sintassi {{Artiklu prinċipali|Isem tal-artiklu}} direttament taħt l-isem tas-sezzjoni.

Ġestjoni tas-sezzjonijiet

[immodifika s-sors]
  • Meta toħloq ħolqa lejn sezzjoni ta' aritklu, mur f'dik is-sezzjoni u ħalli nota biex tinforma li hemm ħolqa lejn din is-sezzjoni minn artiklu ieħor. Niżżel l-ismijiet tal-artikli li jorbtu lejn dik is-sezzjoni, sabiex jekk it-titlu jiġi modifikat, oħrajn jistgħu jirranġaw il-ħoloq mingħajr il-bżonn li joqgħod isir ħafna tiftix. Per eżempju:

==Implikazzjonijiet evoluttivi<!--L-artikli [[Richard Dawkins]] u [[Daniel Dennett]] jorbtu lejn din is-sezzjoni-->==

  • Barra minn hekk, ikkunsidra li tadotta miżura oħra meta t-test tal-intestatura jinbidel: daħħal {{anchor}} bl-isem il-qadim, li xorta jibqa' jaħdem bħala ħolqa alternattiva għal dik is-sezzjoni. Per eżempju:

==Isem ġdida tas-sezzjoni{{anchor | Implikazzjonijiet evoluttivi}}<!-- L-artikli [[Richard Dawkins]] u [[Daniel Dennett]] jorbtu lejn din is-sezzjoni -->==

  • Kif spjegat aktar fid-dettall fuq Wikipedija:Struttura, sezzjonijiet opzjonali ta' appendiċi li jkunu jinkludu l-informazzjoni segwenti jistgħu jidhru wara l-artiklu, taħt din il-ordni: (a) lista ta' kotba jew xogħlijiet kreati mis-suġġett tal-artiklu; (b) lista ta' ħoloq interni lejn artikli relatati tal-Wikipedija; (ċ) noti u referenzi; (d) lista ta' kotba, artikli u pubblikazzjonijiet oħra rakkomandati li ma ġewx użati bħala sorsi; u (e) lista ta' siti elettroniċi rakkomandati li ma ġewx użati bħala sorsi u li ma jidhrux fis-sezzjonijiet preċedenti tal-appendiċi.

Ittri kapitali

[immodifika s-sors]

Meta jkun hemm kwistjoni fuq l-użu ta' ittri kapitali, ir-regoli u l-konvenzjonijiet tal-kuntest kulturali u lingwistiku għandhom japplikaw. Fuq l-ortografija, żomm il-konsistenza fi ħdan l-artiklu.

Fuq il-Wikipedija, tużax ittri kapitali biex tagħmel enfasi. Fejn il-kliem biss ma jkunx biżżejjed biex turi emfasi, uża tipa korsiva.

Ħażin:    Kontra t-twemmin popolari, orikteropu Mhuwiex l-istess bħal mirmekofagu.
Ħażin: Kontra t-twemmin popolari, orikteropu MHUWIEX l-istess bħal mirmekofagu.
Tajjeb: Kontra t-twemmin popolari, orikteropu mhuwiex l-istess bħal mirmekofagu.

L-użu tal-"Il-" f'nofs sentenza

[immodifika s-sors]

Ġeneralment, tagħmilx kapitali l-artiklu definit f'nofs is-sentenza. Madanakollu, hemm eċċezzjonijiet idjomatiċi, li jinkludu ħafna titli ta' xogħlijiet tal-arti, li jridu jiġu kwotati bl-eżatt. L-użu komuni għandu jiġi segwit rigward każijiet partikulari. Bħas-soltu, tkun idea tajba li tikkonsulta s-sorsi tal-artiklu.

Ħażin  (ġeneriku):    Kien hemm artiklu dwar L-Irlanda fil-gazzetta il-bieraħ.
Tajjeb (ġeneriku): Kien hemm artiklu dwar l-Irlanda fil-gazzetta il-bieraħ.
Ħażin  (titlu):    Dun Karm Psaila kiteb il-poeżija il-Musbieħ tal-Mużew.
Tajjeb (titlu): Dun Karm Psaila kiteb il-poeżija Il-Musbieħ tal-Mużew.
Tajjeb (titlu): Omeru kiteb l-Odissea.

Titli ta' persuni

[immodifika s-sors]
  • Meta użati fuq sfond ġenerali, kliem bħal president, re, u imperatur jinkitbu b'ittri żgħar (De Gaulle kien president Franċiż; Lwiġi XVI kien re Franċiż; Tliet prim ministri attendew il-konferenza).
  • Meta użati bħala parti mit-titlu, dawn il-kliem għandhom jibdew b'ittra kapitali (President Obama, u mhux president Obama). Ismijiet ta' uffiċċju li huma standard u li huma użati b'mod komuni huma trattati bħal nomi proprji (Il-Prim Ministru Brittaniku hu Gordon Brown; Hirohito kien Imperatur tal-Ġappun; Lwiġi XVI kien Re ta' Franza). Stili rjali jinkitbu b'ittra kapitali (Il-Maestà Tiegħu; L-Altezza Reali); eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal ċerti uffiċċji partikulari.

Reliġjonijiet, divinità, filosofiji, duttrini, u s-segwaċi tagħhom

[immodifika s-sors]
  • Reliġjonijiet, setti, u knejjes u s-segwaċi tagħhom (f'forma nominali jew aġġettiva) jibdew b'ittra kapitali. Ġeneralment, il- ma tkunx kapitalizzata qabel ċerti ismijiet (ix-Shī‘a, u mhux Ix-Shī‘a).
  • Testi reliġjużi (skritturi) huma kapitalizzati imma ħafna drabi ma jinkitbux b'tipa korsiva (il-Bhagavad Gita, il-Koran, it-Talmud, il-Granth Sahib, il-Bibbja). Meta il- hi użata, din ma tkunx kapitalizzata. Ċerti aġġettivi derivati huma kapitalizzati skont il-konvenzjoni, oħrajn le (normalment bibliċi, imma mbagħad Koraniċi, per eżempju); jekk mintix ċerti, ikkonsulta dizzjunarju approprjat dwar is-suġġett, u kun konsistenti fl-artiklu.
  • Onorarji għad-divinitajiet, li jinkludu nomi proprji u titli, jibdew b'ittra kapitali (Alla, Allah, il-Mulej, l-Essri Suprem, l-Ispirtu l-Kbir, id-Divinità bil-Qarn, Bhagavan). L-artiklu il- mhuwiex kapitalizzat sakemm mhuwiex formalment parti tal-isem tad-divinità. L-istess japplika meta tirreferi għal figuri kbar reliġjużi u figuri mill-mitoloġija b'titli jew termini ta' rispett (il-Profeta, il-Messija, il-Verġni). Nomi komuni li jitrattaw divinitajiet jew figuri reliġjużi mhumiex kapitalizzati (ir-Rumani kienu jqimu ħafna allat; ħafna Anglosassoni kienu jqimu l-alla Wotan; Ġesù u Muħammed huma t-tnejn li huma kkunsidrati profeti fl-Islam; studjużi bibliċi jikkontestaw jekk Marija qattx kienet verġni għal ħajjitha kollha; ir-raġel tagħha kien il-musa tagħha, però id-disa' Musi).
  • Pronomi u pronomi possessivi li jirreferu għal figuri ta' qima mhumiex kapitalizzati f'artikli tal-Wikipedija, anke jekk huma, tradizzjonalment, huma miktuba hekk fi skritturi reliġjużi. Huma jitħallew kapitalizzati jekk tiġi kwotata biċċa skrittura jew kwalunkwe test ieħor li jagħmilhom kapitali.
  • Kategoriji vasti ta' kreaturi mitiċi jew leġġendarji ma jibdewx b'ittri kapitali (nanu, unikornu, anġlu), għalkemm f'xogħlijiet derivati ta' fantasija, bħan-novelli ta' J.R.R. Tolkien u video games strateġiċi, ittri kapitali fil-bidu huma użati sabiex jenfasizzaw li dawn jiffurmaw kultura jew razza fl-univers fittizju tagħhom. Ismijiet jew titli ta' kreaturi individwali huma kapitalizzati (il-Minotawru, il-Pegasu) kif ukoll dawk li li l-gruppi tal-isem u s-sħubija tagħhom huma fissi (is-Slaten Maġi, il-Kerubini). Rigward id-divinitajiet, referenzi ġeneralizzati mhumiex kapitalizzati (il-qassisin ta' din is-setta ġew imsejjħa maġi minn xi wħud.
  • Avvenimenti spirtwali jew reliġjużi huma kapitalizzati biss meta huma termini li jirreferu speċifikament lejn inċidenti jew perjodi (id-Dilluvju u l-Eżodu; imma id-dilluvju annwali u eżodu ta' refuġjati).
  • Filosofiji, teoriji, movimenti, jew duttrini ma jibdew b'ittra kapitali sakemm l-isem mhuwiex ġej minn nom proprju (kapitaliżmu kontra Marksiżmu) jew sar nom proprju (repubblikan b'ittri żgħar jirreferu lejn sistema ta' ħsieb politiku; Repubblikan b'ittra kapitali tirreferi għal diversi partiti politiċi jew ideoloġiji speċifiċi, bħal Partit Repubblikan Amerikan jew Irlandiżi Repubblikani). Uża ittri żgħar għal suġġetti ta' duttrina jew ideat kanoniċi reliġjużi (differenti mill-avvenimenti speċifiċi), anke jekk huma kapitalizzati minn xi segwaċi reliġjużi (twelid verġni, dnub oriġinali, transustanzjazzjoni).
  • Ideali traxxendenti u Platoniċi huma kapitalizzati (Verità, it-Tajjeb), imma biss fi ħdan il-kuntest ta' duttrina filosofika; għall-użu iktar wiesgħa, dawn jinkitbu b'ittri żgħar (Superman jirrapreżenta ideali Amerikani ta' verità u ġustizzja). Uża ittri kapitali għal personifikazzjonijiet rappreżentati fl-arti (Il-manwal semma statwi tal-Ġustizzja u l-Libertà).

Affarijiet tal-kalendarju

[immodifika s-sors]
  • Xhur, ġranet tal-ġimgħa, u btajjel jibdew b'ittra kapitali (Ġunju, it-Tnejn; Jum il-Ħelsien.
  • Staġuni jinkitbu b'ittri żgħar dan is-sajf kien vera sħun; is-solstizju tax-xitwa jseħħ madwar it-22 ta' Diċembru, b'eċċezzjoni għall-personifikazzjonijiet jew f'ismijiet proprji għal perjodi jew avvenimenti.

Annimali, pjanti u organiżmi oħra

[immodifika s-sors]

Ismijiet xjentifiċi ta' ġeneri u speċi huma miktubin bil-korsiv, b'ittra kapitali fil-bidu għall-ġeneru imma mhux għall-ispeċi; (Is-siġra tat-tulipani hi Liriodendron tulipifera; Kull bniedem modern huwa Homo sapiens. Gruppi tassonomiċi 'l fuq mill-ġeneru huma miktuba b'ittra kapitali fil-bidu imma mhux bil-korsiv; per eżempju, il-gawwi hu fil-familja , u aħna fil-familja Hominidae.

Ismijiet komuni (vernakulari) ta' flora u fawna jridu jiġu miktuba b'ittri żgħar (balluta, iljun). Hemm xi eċċezzjonijiet:

  1. Fejn isem vernakulari jinvolvi nom proprju, bħall-isem ta' persuna jew post, dak in-nom proprju jiġi kapitalizzat (It-tigra Siberjana hi waħda mill-ikbar speċi ta' tigri fid-dinja).
  2. Għal gruppi partikulari ta' organiżmi, hemm regoli partikulari ta' kapitalizzazzjoni bbażati skont l-użu attwali u storiku fost dawk li jistudjaw l-organiżmi.
  3. Fi ftit każi, sett ta' ismijiet komuni uffiċjalment stabbiliti huma rikonoxxuti f'pajjiż jew raġun ġeografiku biss. Dawn jistgħu jiġu kapitalizzati skont it-tradizzjoni lokali, imma mhux kull editur se jkollu aċċess għar-referenzi neċessarji biex isostnu dawn l-ismijiet; f'każijiet simili għal dawn, l-użu tar-rakkomandazzjoni ġenerali hi wkoll aċċettata.

F'artikli li jkpru żewġ gruppi tassonomiċi jew aktar, stil konsistenti ta' kapitalizzazzjoni jridu jiġu użati għall-ismijiet tal-ispeċi. Din tista' tinvolvi l-użu ta':

  • ismijiet xjentifiċi fi ħdan l-artiklu (ħafna drabi approprjata għal artiklu speċjalizzati);
  • kapitalizzazzjoni tal-ewwel ittra għal ismijiet komuni ta' speċi fi ħdan l-artiklu, u ittri żgħar għal ismijiet komuni ta' gruppi ta' speċi (l-Ajkla tad-Deheb hi ajkla relattivament kbira); jew
  • ittra żgħira fil-bidu għal ismijiet komuni, li jistgħu jaħdmu sewwa għal artiklu li mhumiex speċifiċi li jiġri li jkunu qed jirreferu lejn gruppi tassonomiċi differenti.

Korpi ċelesti

[immodifika s-sors]
  • Meta użati b'mod ġenerali, il-kliem xemx, dinja, u qamar ma jinkitbux b'ittra kapitali fil-bidu (Ix-xemx kienet qed tisreġ minn fuq il-muntanja; L-ikbar depożitu ta' kobalt fid-dinja.), minbarra f'każi fejn l-entitajiet huma personifikati (Sol Invictus ("Xemx mhux mirbuħa") kien alla xemx Ruman) jew meta t-terminu jkun jirreferi għall-ismijiet ta' korpi astronomiċi speċifiċi (Il-Qamar iddur mad-Dinja; imma Io hija qamar ta' Ġove).
  • Ismijiet ta' pjaneti, qmura, asterojdi, kometi, stilel, kostellazzjonijiet, u galassji huma nomi proprji, u b'hekk huma kapitalizzati: (Il-pjaneta Marte tista' tidher illejla fil-kostellazzjoni tat-Tewmin, qrib l-istilla Pollux; Il-Kometa ta' Halley hi l-iktar famuża mill-kometi perjodiċi; Il-Galassja ta' Andromeda hi galassja spirali). L-ewwel ittra ta' kull kelma f'isem bħal dan trid tkun kapitalizzata (Alfa Ċentawri u mhux Alfa ċentawri; Milky Way, u mhux Milky way).

Direzzjonijiet u reġjonijiet

[immodifika s-sors]
  • Direzzjonijiet bħat-Tramuntana dejjem jinkitbu bil-kapitali fil-bidu (Ħadna t-triq lejn it-Tramuntana).
  • Ismijiet ta' reġjonijiet huma kapitalizzati, li jinkludu ismijiet informali konvenzjonali (id-Deżert tal-Punent).

Istituzzjonijiet

[immodifika s-sors]
  • Ismijiet ta' istituzzjonijiet (l-Università ta' Malta; il-Kulleġġ George Brown) huma nomi proprji u għalhekk jinkitbu bil-kapitali. Il-kelma il- fil-bidu tat-titlu ħafna drabi titħalla b'ittri żgħar, imma għandu jiġi segwit dak li huwa l-użu komuni mill-istitut innifsu.
  • Kliem ġeneriċi għal istituzzjonijiet (università, kulleġġ, sptar, skola sekondarja) ma jiħdux kapitali:
Ħażin  (ġeneriku):    L-Università toffri programmi tal-arti u x-xjenzi.
Tajjeb (ġeneriku): L-università toffri ...
Tajjeb (ġeneriku): L-Università ta' Malta toffri ...
  • Unitajiet politiċi jew ġeografiċi, bħal bliet, irħula, u pajjiżi, isegwu l-istess regoli: l-isem ta' bliet, irħula, pajjiżi, u termini simili partikulari huma nomi proprji u huma kapitalizzati; imma kliem ġeneriċi għal tipi ta' korpi governattivi ma jiħdux ittri kapitali. Xi drabi, l-isem sħiħ uffiċjali ta' korp mhuwiex bżonnjuż.
Ħażin  (ġeneriku):    Il-Belt għandha popolazzjoni ta' 55,967.
Tajjeb (ġeneriku): Il-belt għandha ...
Tajjeb (titlu): Il-Belt ta' Smithville għandha ...
Tajjeb (mhux speċifikat it-tip): Smithville għandha ...

Akronomi u abbrevjazzjonijiet

[immodifika s-sors]
Ikteb il-verżjoni sħiħa kif ukoll l-abbrevjazzjoni fl-ewwel dehra tat-terminu
Meta tintroduċi xi kelma jew terminu ġdid f'artiklu, uża l-isem sħiħ fl-ewwel ktiba tiegħu, bil-forma mqassra ssegwi wara bejn il-parentesi. Din tgħin tneħħi l-inkonvenjenza fl-użu tal-abbrevjazzjoni tul l-artiklu (il-Partit Demokratiku (PD) Amerikan rebaħ l-elezzjoni presidenzjali Amerikana tal-2008).
Tagħmilx ittri kapitali f'terminu sħiħ li huwa nom komuni minħabba li l-kapitali jintużaw fl-abbrejazzjoni.
Ħażin  (mhuwiex isem/nom proprju):    Aħna użajna t-teknoloġija tad-Digital Scanning (DS)
Tajjeb:   Aħna użajna t-teknoloġija tad-digital scanning (DS)
Tajjeb: (isem/nom proprju): prodott mill-British Broadcasting Corporation (BBC)
Jekk l-isem sħiħ jinsab diġà bejn par parentesi tondi, uża virgola u jew sabiex tindika l-abbrevjazzjoni.
Tajjeb                 Huma ddibattew il-kwistjoni fl-2008 (f'konvenzjoni tal-Partit Popolari Ewropew jew PPE)
Plural
Ċerti akronimi Anglosassoni fil-Malti jieħdu l-istess forma bħall-Ingliż. Dan billi, fil-plural, iżżid -s jew -es (fil-Parlament Ewropew Malta hi rappreżentata minn 6 MPEs; fl-2006, il-laptops ġew prodotti bi tliet BIOSes differenti).
Il-punt u l-ispazji
Ġeneralment, l-ittri ta' akronimu mhumiex separati permezz ta' punt (.) jew spazji vojta (PSE, NORAD, OBE). Perjodi u spazji li tradizzjonalment kellhom bżonn l-użu tal-punt, ma baqgħux jintużaw hekk (PhD hi preferuta aktar minn Ph.D. u Ph. D.). Il-punt lanqas ma jintuża' fil-qisien.
Abbrevjazzjonijiet li huma ffurmati minn taqsira (On. għal Onorarju), jew kontrazzjoni ta' kelma (Dr. għal Tabib) jistgħu jekk wieħed irid jingħalqu bil-punt; stil konsistenti għandu jiġi mfassal fl-artiklu. Kwalunkwe kliem separati f'ċerti abbrevjazzjonijiet għandhom jieħdu spazju bejniethom (op. cit. jew op cit; mhux op.cit. jew opcit).
Tużax abbrevjazzjonijiet mhux ġustifikati
Evita abbrevjazzjoni li jistgħu jħawwdu lill-qarrej, jinterrompu l-mixja tal-artiklu, jew jidhru informali jew xogħol traskurat. Per eżempju, tużax gramm. għal grammatika, minbarra sabiex tnaqqas id-daqs ta' infobox jew tabella ta' dati, jew f'passaġġ tekniku fejn it-terminu jidher b'mod frekwenti.
Tivvintax abbrevjazzjonijiet jew akronimi
Ġeneralment, evita li tivvinta abbrevjazzjonijiet ġodda, speċjalment akronimi (Għaqda Dinjija tal-Billiards hija traduzzjoni tajba ta' Union Mondiale de Billard, imma la hi u lanqas it-taqsira tagħha GħDB hi użata mill-organizzazzjoni; għalhekk, uża l-isem oriġinali u l-abbrevjazzjoni uffiċjali, UMB). F'każ li f'tabella wiesa' hemm bżonn li jitnaqqas it-titlu ta' xi kolonna, uża inizzjali li huma rikonoxxuti (għal Prodott gross domestiku ta' Malta uża PGD u MLT bi spazju bejniethom, b'ħolqa lejn l-artiklu approprjat jekk it-termini għadhom mhumiex spjegati).
Elementi HTML
Is-softwer li bih taħdem il-Wikipedija ma jsostnix l-element HTML tal-frażi <acronym> (ara Mediazilla:671). L-element <abbr> jista' jiġi użat minfloku: <abbr title="HyperText Markup Language">HTML</abbr> tiġġenera HTML.

Ħoloq esterni

[immodifika s-sors]